Il-Praspar ta' Kunċett u Marinton

Il-Praspar ta' Kunċett u Marinton in Malta, Theatre Malta, 26.10.2018 -  4.11.2018

Description:

Kunċett u Marinton kienu tewmin. Stenna ftit, xejn taħseb li b'tewmin irrid infisser li kienu jixxiebħu. Meta kienu żgħar kienu wiċċ wieħed, iżda issa, li qabżu s-sittin, Kunċett u Marinton saru qishom il-lejl u n-nhar. U jekk fi tfulithom kienu wiċċ wieħed, żgur li qatt ma kienu ta' fehma waħda. Dak li għal Kunċett hu iswed għal Marinton hu abjad silġ; u dak li jferraħ lil waħda malajr iqarras lill-oħra. Imma b'danakollu kienu qishom id-dell ta' xulxin, u meta jkunu jitkellmu mal-barranin taħsibhom qishom żewġt anġli li dak li tgħid waħda jkun 'Vanġelu' għall-oħra. Imma min kien jafhom sewwa, bħal ngħidu aħna, Nata ta' biswithom, kien jaf tajjeb bid-divrenzja kbira ta' bejniethom. Kunċett kienet ħoxna, u meta titkeffen ġol-għonella kienet tkun qisha pastur tal-presepju; pastur li għal xi raġuni jew oħra ma ħariġx sabiħ u mirqum kif kellu joħroġ. Marinton kienet għadha mserdqa u fuq tagħha. Jekk il-Kappillan ilaqqa’ pellegrinaġġ għall-Madonna tal-Mellieħa, jew jekk tal-każin imorru d-dawra ta’ Malta, Marinton kienet tkun minn tal-ewwel fil-lista. B'dal-kelmtejn xtaqt nittanta nagħtikom xbieha ħajja ta' Kunċett u Marinton, iżda jekk tridu tarawhom ingħaqdu magħna l-Malta Drama Centre il-Ħamrun fis-26, 27 u 28 t’Ottubru jew fit-3 u l-4 ta’ Novembru. Għaliex għall-ewwel darba l-praspar tagħhom mhux se taqrawhom biss, iżda se tarawhom! 'Il-Praspar ta' Kunċett u Marinton' ta' Trevor Zahra qed issir minn 4Teenth Productions b'addattament u direzzjoni ta' Dominic Said.
Purchase Il-Praspar ta' Kunċett u Marinton Tickets Online

Event Details


Event Type:

Theatre

Location:


Malta Drama Centre
Triq Mountbatten, Hamrun

Start Date:

26 October 2018

End Date:

4 November 2018

Website:

Host:

David Camilleri

Tickets:

Venue:


Venue:

Malta Drama Centre

Address:

Triq Mountbatten

Dates:


26
Oct
Il-Praspar ta' Kunċett u Marinton
Malta Drama Centre, Hamrun - Theatre
18:00
27
Oct
Il-Praspar ta' Kunċett u Marinton
Malta Drama Centre, Hamrun - Theatre
18:00
28
Oct
Il-Praspar ta' Kunċett u Marinton
Malta Drama Centre, Hamrun - Theatre
19:00
3
Nov
Il-Praspar ta' Kunċett u Marinton
Malta Drama Centre, Hamrun - Theatre
19:00
4
Nov
Il-Praspar ta' Kunċett u Marinton
Malta Drama Centre, Hamrun - Theatre
19:00