In-Neputija tal-Kappillan

In-Neputija tal-Kappillan in Malta, Theatre Malta, 19.05.2018 - 20.05.2018

Description:

Issa aħjar! Mhux biżżejjed li kemm ilu msiefer Dun Benit telaqlu s-sagristan. Issa ġew jimewlu rasu illi qed tinħema konfoffa kontrih minn ħadd ħlief Pippo Burrone; is-Sindku u l-President tal-Każin tal-banda tar-raħal u l-għarus t’oħt Dun Benit ! Is-sabiħa mhux din, li l-isqof se jibgħatlu xi monsijur biex jeżamina l-qlajjiet li nqalgħu fuqu, il-kappillan, ukoll! Biex tkompli tgħaqad, filli in-neputija tal-kappillan qed tgħid li sejra soru, u filli n-nies tar-raħal jarawha f’sakra ma tarax art! Imma kemm jiflaħ jaqla’ iżjed fuq wiċċu l-Kappillan Dun Benit? Mill-pinna ta’ Joe Gatt, 4Teenth Productions se twassal ‘In-Neputija tal-Kappillan’, kummiedja li ma’ ħafna m’għandiex bżonn t’introduzzjoni. U daqstant iehor m’għandhomx bżonn introduzzjoni l-cast li ser iwassal din il-kummiedja kollha daħq f’Ħal Qormi f’Mejju li ġej. Fil-partijiet ewlenin insibu lil Veronica Mizzi fil-parti tan-Neputija tal-Kappillan, Mario Camilleri fil-parti ta’ Dun Benit, Patrick Tanti fil-parti ta’ Pippo Burrone, Renato Dimech fil-parti tal-Monsinjur, Matthew Balzan fil-parti ta’ Giovanni Amoroso, Gabriella Parsons fil-parti ta’ Serafina u Amanda Cachia fil-parti ta’ Ġiżella. Ma jonqsux ukoll Marthese Parascandalo bħala Madre Roberta u Marisa Aquilina li ser tinterpreta l-parti ta’ Suor Silvana, is-soru li tieħu r-ritratti tal-istejjer ta’ Dun Benit sabiex b’hekk it-tifkiriet tal-praspar, ma jmutu qatt u xi darba, fil-ġejjieni ‘l bogħod, kulħadd jidħaq bih innifsu. Il-kummiedja ‘In-Neputija tal-Kappillan’ ser titella’ nhar is-Sibt 19 ta’ Mejju fis-7:30pm u l-Ħadd 20 ta’ Mejju fis-6:30pm fl-Oratorju Sagra Familja, Ħal Qormi. Bookings fuq 79096060.
Purchase In-Neputija tal-Kappillan Tickets Online

Event Details


Event Type:

Theatre

Location:


Oratorju Sagra Familja
Frederick Maempel Square, Qormi

Start Date:

19 May 2018

End Date:

20 May 2018

Website:

Host:

David Camilleri

Tickets:

Venue:


Venue:

Oratorju Sagra Familja

Address:

Frederick Maempel Square

Contact No:

Oratorju Sagra Familja

Dates:


19
May
In-Neputija tal-Kappillan
Oratorju Sagra Familja , Qormi - Theatre
17:30
20
May
In-Neputija tal-Kappillan
Oratorju Sagra Familja , Qormi - Theatre
16:30