Ommna tal-Grazzja

Ommna tal-Grazzja in Malta, Theatre Malta,  5.05.2018 -  5.05.2018

Description:

Produzzjoni Mużikali mtellgħa mill-Għaqda Madonna tal-Grazzja Banda San Mikiel Żabbar nhar is-Sibt 5 ta' Mejju 2018. 

Omma tal-Grazzja hu spettaklu mużikali bi drama, żfin u kant oriġinali li jagħti ħarsa lejn id-devozzjoni Marjana f'Malta u partikolarment f'Ħaż-Żabbar. Kwadri mill-ħajja tal-Madonna bħall-Annuzjazzjoni, il-Preżentazzjoni fit-tempju, it-tieġ ta' Kana u l-Kurċifissjoni jitwaħħdu mal-ħajja tal-bniedem tal-lum, ħajja iebsa u mimlija tlajja’, imma dejjem hemm raġġ ta' dawl u tama. 

Fl-imgħoddi u llum il-poplu resaq lejn il-Madonna tal-Grazzja biex jitlobha tħarsu u tidħol għalih fil-maltemp u treġġa’ l-bnazzi. Il-ġrajja tal-Belt Hompesch tixhed ukoll devozzjoni u rabta mal-Madonna tal-Grazzja, rabta li tigi riflessa wkoll fil-ġrajja ta' Malta fosthom f'episodji bħall-Assedju l-Kbir tal-1565 u l-aħħar Gwerra Dinjija.

Bis-sehem ta' wħud mill-aqwa kantanti, żeffiena, atturi lokali fosthomGrecia Bezzina, Ina Robinich, Hilary Desira, Dorian Micallef, Aiken Buhagiar, Dario Bezzina, Jessica Magro, Dominic Cini u ħafna oħrajn. 

Kitba u Direzzjoni Brian Bonnici
Mużika Dominic Cini

Purchase Ommna tal-Grazzja Tickets Online

Event Details


Event Type:

Theatre

Location:


City Theatre
Triq l-Ifran, Valletta

Start Date:

5 May 2018

End Date:

5 May 2018

Website:

Tickets:

Venue:


Venue:

City Theatre

Address:

Triq l-Ifran

Website:

Dates:


5
May
Ommna tal-Grazzja
City Theatre, Valletta - Theatre
17:30