Ommna tal-Grazzja
Description:
Produzzjoni Mużikali mtellgħa mill-Għaqda Madonna tal-Grazzja Banda San Mikiel Żabbar nhar is-Sibt 5 ta' Mejju 2018.
Omma tal-Grazzja hu spettaklu mużikali bi drama, żfin u kant oriġinali li jagħti ħarsa lejn id-devozzjoni Marjana f'Malta u partikolarment f'Ħaż-Żabbar. Kwadri mill-ħajja tal-Madonna bħall-Annuzjazzjoni, il-Preżentazzjoni fit-tempju, it-tieġ ta' Kana u l-Kurċifissjoni jitwaħħdu mal-ħajja tal-bniedem tal-lum, ħajja iebsa u mimlija tlajja’, imma dejjem hemm raġġ ta' dawl u tama.
Fl-imgħoddi u llum il-poplu resaq lejn il-Madonna tal-Grazzja biex jitlobha tħarsu u tidħol għalih fil-maltemp u treġġa’ l-bnazzi. Il-ġrajja tal-Belt Hompesch tixhed ukoll devozzjoni u rabta mal-Madonna tal-Grazzja, rabta li tigi riflessa wkoll fil-ġrajja ta' Malta fosthom f'episodji bħall-Assedju l-Kbir tal-1565 u l-aħħar Gwerra Dinjija.
Bis-sehem ta' wħud mill-aqwa kantanti, żeffiena, atturi lokali fosthomGrecia Bezzina, Ina Robinich, Hilary Desira, Dorian Micallef, Aiken Buhagiar, Dario Bezzina, Jessica Magro, Dominic Cini u ħafna oħrajn.
Kitba u Direzzjoni Brian Bonnici
Mużika Dominic Cini
Event Details
Event Type:
Theatre
Location:
City Theatre
Triq l-Ifran, Valletta
Start Date:
5 May 2018
End Date:
5 May 2018
Website:
Tickets:
Venue:
Venue:
City Theatre
Address:
Triq l-Ifran
Website:
Dates:
Ommna tal-Grazzja
City Theatre, Valletta - Theatre17:30