Grajjet l-Imhabba

Grajjet l-Imhabba in Malta, Theatre Malta, 24.03.2018 - 25.03.2018

Description:

Ġuda u Barabba. Żewġ persuni b’għan wieħed! Għan kollettiv sabiex flimkien mal-poplu, jiġġieldu lill-ħakkiema tagħhom.Għodwa waħda, Barabba jara quddiem għajnejh, bniedem illi jaf ikun ta’ għajnuna sabiex jilħaq dan l-għan u hekk kif jiltaqa’ ma Ġuda, ilissinlu l-ħsibijiet tiegħu. “Hemm bżonn illi tagħti s-sehem tiegħek f’dan kollu, Ġuda” Hemm bżonn illi inti timxi warajh u jekk hemm bżonn tingħaqad miegħu bħala wieħed mid-dixxipli tiegħu, sabiex insiru nafu l-ħsibijiet ta’ dan il-bniedem.” Xi uħud mill-membri tas-Sinedriju ma għandhomx l-istess fehma fil-konfront ta’ dan il-bniedem minħabba t-tagħlim illi qed ixerred mal-poplu. Iżda mhux huma biss! Jum fost l-oħrajn, xi ħadd ieħor jibda’ jqies lil Ġesù bħala xkiel, daqs kemm hu ta’ xkiel l-Imperu Ruman għall-ġens kollu. “Dakinhar Marija kellha tiġi mħaġġra, iżda Ġesù minn Nazaret għoġbu jxekkel il-ħsibijiet tiegħi. Wara dak kollu illi għamel fil-konfront tiegħi, naħlef illi l-istess ħsibijiet tiegħi, ma jsibux serħan qabel ma jieħu dak illi ħaqqu.” Għaliex kellha tiġi mħaġġra Marija? Xi ħsibijiet xekkel Ġesù minn Nazaret u lil min? Xi ħsibijiet qed iberrnu f’moħħ dan il-bniedem? Barabba jemmen illi permezz ta’ Ġesù, il-poplu jista’ jagħmel affarijiet kbar fil-konfront tal-Imperu Ruman filwaqt illi f’Ġuda tinseġ tama li Ġesù jista’ jkun ta’ għajnuna sabiex il-poplu jeħles darba għal dejjem mill-ħakma tal-Imperu Ruman. Iżda f’moħħ Ġuda, jibdew għaddejin diversi ħsibijiet u xi ħadd ikompli jimlieh bi ħsibijiet negattivi fil-konfront tal-Imgħallem tiegħu u minħabba f’hekk, din l-istess tama ma ddumx ma tispiċċa fix-xejn. “Aħsibha sew ħabib tiegħi! Jekk trid, jiena u l-membri tas-Sinedriju nistgħu nkunu ta’ għajnuna għalik ... u inti ta’ għajnuna għalija!” Min hu dak illi jrid jeħles minn Ġesù minn Nazaret? Għaliex Barabba ikun ser jeħodha kontra dan l-istess bniedem, meta jinduna illi dan tal-aħħar qed jipprova jxekkel il-pjanijiet tiegħu fir-rigward ta’ Ġesù? X’konnessjoni hemm bejn din l-istess persuna u Marija ta’ Magdala u x’ikunu l-konsewgwenzi ta’ dan kollu?” ‘Ġrajjet l-Imħabba’ huwa dramm għal żmien il-Ġimgħa Mqaddsa, b’kitba ta’ Adrian Falzon, illi Senglea Drama Group ser ikun qed itella’ ġewwa s-sala tas-Sede Azzjoni Kattolika, fil-lokalita’ ta’ Senglea (l-Isla), nhar is-Sibt 24 u l-Ħadd 25 ta’ Marzu 2018, fis-7.30 p.m., f’għeluq l-għaxar sena mit-twaqqif tal-istess grupp. Id-direzzjoni tad-dramm hija ta’ Adrian Falzon u Andrew Grech. Dramm illi ġewwa fih ser ikun qed jgħaqqad storja immaġinattiva mill-kitba tal-awtur tad-dramm, dwar karattru illi ftit li xejn issemma’ fil-Kotba Mqaddsa, flimkien mal-istorja tradizzjonali fuq il-ħajja, il-mewt u l-qawmien ta’ Sidna Ġesù Kristu. Sabiex tinkiseb aktar informazzjoni u jinxtraw biljetti ghall-istess dramm, wieħed jista’ jagħmel kuntatt ma’ Senglea Drama Group permezz tal-email fuq info@sengleadramagroup.com, permezz tal-paġna tal-grupp fuq Facebook jew billi jċempel fuq 7944 9812 jew 9920 8015.

More Info on Grajjet l-Imhabba, Events in Malta, What's on in Malta, Events Calendar Malta

Event Details


Event Type:

Theatre

Location:


Sede Azzjoni Kattolika
72, Triq il-Vitorja, Senglea

Start Date:

24 March 2018

End Date:

25 March 2018

Website:

Host:

Adrian Falzon

Venue:


Venue:

Sede Azzjoni Kattolika

Address:

72, Triq il-Vitorja

Dates:


24
Mar
Grajjet l-Imhabba
Sede Azzjoni Kattolika, Senglea - Theatre
18:30
25
Mar
Grajjet l-Imhabba
Sede Azzjoni Kattolika, Senglea - Theatre
17:30