Mister Scrooge

Mister Scrooge in Malta, Theatre Malta, 12.12.2017 - 13.12.2017

Description:

Il-musical 'MISTER SCROOGE' huwa msejjes fuq ir-rumanz ta' Charles Dickens "A Christmas Carol". Storja li għadha tgħodd għal-lum ukoll, fejn tispikka d-differenza kbira bejn min hu sinjur u min hu fqir.

MISTER SCROOGE, huwa raġel xħiħ li xogħlu kien li jsellef il-flus. Kien bniedem bla skrupli, moħħu biss biex jisloħ lill-proxxmu. Ħniena ma' ħadd. Filwaqt li żmien il-Milied kien iġib sens ta' karita ma' min hu fil-bżonn, għalih il-Milied ma kien jiswa xejn, u agħar minn hekk kien iqis il-Milied bħala ġurnata li fiha l-impjegat tiegħu Bob Cratchet seta' jieħu ġurnata ta' mistrieħ u jitħallas tagħha minn fuq dahru.

F'lejlet il-Milied jidhirlu l-ispirtu ta' Jacob Marley, l-eks sieħeb tiegħu fin-negozju, li kien miet seba' snin qabel. Wissieh li se jidhrulu tliet spirti oħra sabiex juruh il-ħajja li kien qiegħed jgħix, u li bl-attitudni tiegħu kien qiegħed iġib ħafna miżerja fuq l-oħrajn. Ma' kull spirtu MISTER SCROOGE jara l-passat, il-preżent, u x'kien se jkun il-futur tiegħu

Purchase Mister Scrooge Tickets Online

Event Details


Event Type:

Theatre

Location:


Metanoia Theatre
Triq il-Knisja, Luqa

Start Date:

12 December 2017

End Date:

13 December 2017

Website:

Tickets:

Venue:


Venue:

Metanoia Theatre

Address:

Triq il-Knisja

Dates:


12
Dec
Mister Scrooge
Metanoia Theatre, Luqa - Theatre
18:30
13
Dec
Mister Scrooge
Metanoia Theatre, Luqa - Theatre
18:30