Kelma Kelma Nota Nota - Jekk Ittuna n-Number 1
Description:
Kelma Kelma Nota Nota hu proġett li jlaqqa’ flimkien żewġ dinjiet: id-dinja tal-mużika tradizzjonali u kontemporanja bil-Malti u d-dinja tal-lingwa u l-letteratura Maltija. Dawn il-kunċerti li ntellgħu fis-sajf għandhom għan doppju. Qabelxejn, li niftakru f'kanzunetti, poeżiji, makkjetti u taqbiliet, li wħud minnhom donnhom intesew, u nerġgħu nagħtuhom il-ħajja fuq il-palk b'arranġamenti u b'laqtiet moderni. It-tieni għan hu li nsawru kanzunetti u kitbiet ġodda biex inkomplu dan il-vjaġġ mużikali u letterarju li bdew ta' qabilna. Dawn iż-żewġ aspetti, in-nostalġija u l-elementi ġodda, aktarx wasslu biex Kelma Kelma Nota Nota jsir avveniment regolari fil-kalendarju kulturali u artistiku lokali li n-nies ifittxuh bi ħġarhom. Minbarra l-ingredjenti tas-soltu, jiġifieri l-kant u l-arranġamenti mużikali ta’ Daniel Cauchi, id-daqq fenomenali tal-Big Band Brothers, l-umoriżmu tipiku ta’ Ray Calleja, u l-kitbiet ta' Michael Spagnol u ta’ awturi oħrajn, f’dan it-tmien kunċert se jkollna ħafna mistednin speċjali… li nixtiequ nħalluhom sorpriża għal min jiġi jara l-kunċert fi Pjazza Teatru Rjal. Il-kunċerti ta' Kelma Kelma Nota Nota tajbin għall-kbar u għaż-żgħar. Dan hu ċ-ċans li tmur spettaklu mal-familja kollha biex tisma' mużika mill-aqwa u tagħraf tapprezza aktar ilsien pajjiżek. Fi kliem ieħor, inħeġġu lill-ġenituri jġibu lil uliedhom għal dawn il-kunċerti ħalli jrawmu fihom sens ta' mħabba lejn il-Malti u l-mużika bil-Malti. Fl-aħħar nett, infakkru li l-biljetti jistgħu jinxtraw minn www.ticketline.com.mt u Embassy Cinemas tal-Belt.
Event Details
Event Type:
Arts/Culture
Location:
Pjazza Teatru Rjal
Republic Street, Valletta
Start Date:
25 July 2017
End Date:
3 August 2017
Website:
Host:
Kelma Kelma Nota Nota
Tickets:
Venue:
Venue:
Pjazza Teatru Rjal
Address:
Republic Street
Dates:
Kelma Kelma Nota Nota - Jekk Ittuna n-Number 1
Pjazza Teatru Rjal, Valletta - Arts/Culture18:30